In-notifikazzjoni numru 318 li dehret fil-Gazzetta tal-Gvern ta` nhar is-7 ta` Lulju 1961 ġie deċiż dan: “ Ngħarfu b`din għall-informazzjoni ta` kulħadd li l-komunita` ġdida ta` Ħal Tarxien li tmiss mil-lvant ma` Tarxien By-Pass u mit-Tramuntana ma` Luqa By-Pass, għandha l-isem ta` Santa Luċija ghall-Kappella li tinsab fil-qrib.
Hekk inħoloq l-isem ta’ din il-komunita` ġdida lill-parti l-kbira tagħha ħarġet minn Hal-Tarxien u wara ħafna tilwim, jekk il-post jitqies bħala parti ġdida ta’ post qadin jew kelliex titqies bħala belt jew raħal modern. L-art fejn inħolqot din il-komunita` li llum hija Santa Luċija sa ftit snin wara t-tieni gwerra ma kinitx ħlief ftit għelieqi jmissu ma` xulxin. F`dawn kien hemm il-kmamar tan-nar ta` Hal-Tarxien u dik tal-Gudja. Fl-1955 din iż-żona bdiet tiġi ppjanata u bdew biex jinbnew l-ewwel appartamenti. L-ewwel appartamenti ġew mikrija nhar it-8 ta` Jannar 1966 u l-ewwel familja li marret toqgħod go appartament f`Santa Lucija kien fit- 2 ta`Marzu tal-istess sena. Fi ftit żmien b`familja wara oħra din il-komunita` bdiet tieħu s-sura tagħha.
Il-Kappella li minnha ħadet isimha