Il-Lokalità ta' Santa Luċija għanda area ta' 0.7 km kwadri. (Latitudni: 35º51'45 "N Lonġitudni: 14º30 '16" E).

F'din il-lokalita’ nsibu popolazzjoni densa ħafna u parti kbira mill-bini huma magħmul minn binjiet ta’ appartamenti tal-Gvern. Madankollu wieħed isib ukoll ħafna djar u vilel b'mod partikolari fin-naħa ta’ Wied Garnaw. Karatteristika li tispikka f'din il-lokalita hija n-numru ta' ġonna u parapetti b’siġar u fjuri li jdawru l-binjiet u d-djar. Il-Lokalita’ li hija magħrufa wkoll bħala Garden City, hija mdawra b’ċinturin aħdar li fih insibu Ġnien is-Serenita’ magħruf ukoll bħala l-Ġnien taċ-Ċiniżi li llum sar sinonimu ma’ din il-Lokalita. Imiss ma’ dan il-Ġnien insibu wkoll il-Picnic Area u Gnien tal-Iskultur. Parallel mat-Triq tal-Barrani nsibu l-Ġnien taż-Żebbuġ mgħaruf bħala l-Jogging Track u aktar l-isfel insibu Wied Garnaw, b’art agrikola li huwa maqsum f’diversi żoni.

Fiċ-ċentru ta' din il-lokalita wieħed isib diversi faċilitajiet sportivi bħal playing field u football ground kbir u ieħor 5-a-side football pitch, insibu wkoll track għaċ-ċiklisti. Il-knisja parrokkjali ddedikata lil San Piju X tinsab ukoll fiċ-ċentru ta' din il-lokalita’, ħdejn il-pjazza kbira msemmija Pjazza 7 ta' Lulju.

Il-toroq prinċipali huma Dawret it-Torri, Triq Katerina Vitale, Triq il-Prinjoli, Triq il-Peprin u Vjal Oleandri.

L-irħula tal-madwar din il-lokalita’ huma Tarxien, Paola, Għaxaq, Gudja u Ħal Luqa.

Contact Info

Opening Hours

Copyright 2018 by St. Lucija Local Council | Terms Of Use | Privacy Statement

Web Design Malta by ISB Software