* Gemellaġġ ma’ Jin Chang fil-Muniċipalita’ ta’ Suzhou fiċ-Cina
Data ta’ meta ġie iffirmat ġewwa Malta – 9 ta’ Novembru 2001
Data ta’ meta ġie iffirmat barra minn Malta – 22 ta’ Ġunju 2000
Ġemellaġġ ma’ Carlentini fi Sqallija
Data ta’ meta ġie iffirmat ġewwa Malta fil - 12 ta’ Diċembru 2006
Data ta’ meta ġie iffirmat barra minn Malta fit – 28 ta’ Awissu 2006
Ġemellaġġ ma’ Gabiano fl-Italja
Data ta’ meta ġie iffirmat ġewwa Malta fil - 11 ta’ April 2009
Data ta’ meta ġie iffirmat barra minn Malta fis – 17 ta’ Ottubru 2008
Ġemellaġġ ma’ Lumpiaque fi-Spanja
Data ta’ meta ġie iffirmat ġewwa Malta fil - 11 ta’ April 2009
Data ta’ meta ġie iffirmat barra minn Malta fis – 15 ta’ Ottubru 2009
* Ġemellaġġ ma’ Gusu fiċ-Ċina
Data ta’ meta ġie iffirmat ġewwa Malta fid – 6 ta’ Diċembru 2015
Data ta’ meta ġie iffirmat barra minn Malta fis – 2 ta’ Ġunju 2016
* Fis-sena 2012 id-Distretti ta Jin Chang, Pingjang u Canglang ingħaqdu f’Distrett akbar li ngħata l-isem ta’ Gusu. Id-Distrett ta’ Gusu għandu area ta’ 85.1 kilometri kwardri u popolazzjoni ta’ 995,000.
Fl-2001 il-Kunsill ta’ Santa Luċija(Malta) u dak ta’ Jin Chang fid-Distrett fil-Muniċipalita’ ta’ Suzhou stabilixxew ġemellaġġ bejnithom. Minħabba li issa ġie iffurmat id-Distrett ta’ Gusu kif speġat hawn fuq, il-ġemellaġġ ma’ Jin Chang kellu jiġi rivedut.
Il-Kunsill ta’ Santa Luċija aċċetta l-proposta biex jiġi rivedut il-ġemellaġġ billi jiġi iffirmat ġemellaġġ mad-Distrett ta’ Gusu. Iż-żewġ naħat qablu li jsaħħu l-koperazzjoni bejnithom u jisfruttaw kull opportunita’ biex ifasslu t-triq għal aktar prosperita u għaqda bejn il-kommunita’ ta’ Santa Luċija u dik ta’ Gusu.